Suldat Russu Jammetti Li Qatel Raġel Ta’ 62 Sena Għal Xejn B’Xejn Waqt Il-Gwerra Fl-Ukrajna
Suldat żagħżugħ Russu ta’ 21 sena ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih f’dan l-ewwel ġuri li beda b’rabta mar-reati tal-gwerra fl-Ukrajna.
Vadim Shishimarin, li joqgħod f’Irkutsk is-Siberja qed ikun akkużat li fi Frar, propju ftit jiem wara li bdiet l-invażjoni fl-Ukrajna qatel raġel ta’ 62 sena fir-Reġjun ta’ Sumy, fl-Ukrajna għal xejn b’xejn.
Fil-Qorti ntqal kif is-suldat kien ma’ erba’ suldati oħra f’karozza li kienu serqu qrib il-villaġġ ta’ Chupakhiva. Allegatament suldat li kien fil-karozza ordna lil Shishimarin biex joqtol lir-raġel li kien qed isuq ir-rota. Huwa niżel it-tieqa u sparalu f’rasu. Intqal li għamel hekk biex ir-raġel ma jxerridx il-kelma li kien hemm is-suldati Russi fil-belt.
Vadim Shishimarin f’dan il-ġuri jista’ jeħel sa għomru l-ħabs.
L-Ukrajna s’issa għanda mal-10,000 każ b’rabta ma’ reati li seħħew s’issa waqt il-gwerra. Fil-jiem li ġejjien mistenni li jkomplu jitressqu aktar suldati biex isir ġustizzja.
Ritratt: Sky News