Tikolx Minn Dawn In-Noodles Għax Fih Livelli Għoljin Ta’ Pestiċida

 Tikolx Minn Dawn In-Noodles Għax Fih Livelli Għoljin Ta’ Pestiċida

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ 2-Chlorethanol (Pestiċida).

Deskrizzjoni tal-prodott: Instant noodles – Togħma ta’ tiġieġ         ​               ​

Isem tal-prodott fuq il-pakkett: Hao Hao Chicken Flavour               ​               ​

Ditta: ACECOOK ​               ​

Piż: 74g

Data tad-durabbilità: 18/09/2022

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com