Grazzi Għall-Ħaddiema Tad-Diviżjoni Għat-Tindif L-Belt Valletta Dalgħodu Tinstab Lura Fl-Aqwa Stat Ta’ Indafa
Hekk kif fl-aħħar jiem fil-Belt Valletta ġew organizzati diversi attivitajiet tal-massa, fosthom iċ-ċerimonji tal-ftuħ u l-għeluq tal-iSpecial Olimpics kif ukoll fi tmiem din il-ġimgħa, l-Karnival, bla dubju karti u skart dawn l-attivitajiet iġġeneraw sew mat-toroq tal-Belt u l-madwar.
Iżda, il-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu, dejjem lesti f’kull ħin sabiex wara kull attività l-post jerġa’ jingħata lill-pubbliku fl-aqwa stat ta’ indafa, f’dan il-każ il-belt kapitali Valletta u ż-żoni tal-madwar.
Grazzi mill-qalb lill-ħaddiema kollha involuti taħt it-tmexxija tad-Direttur Ġenerali Ramon Deguara.