Jindarab Gravi Wara Li Waqa’ Sular F’Binja Fil-Ħamrun
Raġel ta’ 51 sena li joqgħod Ħal Qormi sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-10:30am, f’binja li tinsab fi Triq Atocia, il-Ħamrun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.