Flok Restawr Fuq L-Istatwa, Sar Restawr Fuq Kwadru Li Kien F’Kundizzjoni Agħar
L-Arċikonfraternita’ Madonna tar-Rużarju, Ħal Qormi ila imwaqfa mill-1601 mill-kappillna mibki Dun Franġisk Cassia. Din il-Fratellanzza hija waħda mill-akbar fratellanzi u sal-lum għadha attiva’ fil-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi.
Il-Fratellanza fil-festa tas-sena 2019 ħabbret li kienet ser tniedi proġett ta’ restawr tal-kwadru titulari tal-istess fratellanza li jinsab f’wieħed mill-kappelluni tal-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Ħal Qormi.
Wara li l-fratelli tal-istess fratellanza tkellmu mal-esperti tar-restawr mill-kumpanija ‘Prevarti’ biex isir restawr fuq l-istatwa tal-Madonna, is-sur Pierre Bugejja issuġerixxa li minflokk isir restawr lill-istatwa li għadha f’kundizzjoni tajba, ikun aħjar li jsir restawr lil kwadru li qiegħed f’qagħda ħafna iktar agħar.
Dan huwa xogħol ta’ interess partikolari, b’pittura taż-żejt fuq tila, ta’ artist mhux magħruf. Taħt speċi ta’ ark trijonfali maħdum minn medaljuni bil-15 il-misteru tar-Rużarju; tal-ferħ, tat-tbatija u tal-glorja, li qegħdin iġorruhom l-anġli. Dawn jinsabu minn nofs il-kwadru l-fuq. Il-Madonna bil-qiegħda fuq sħab bil-Bambin f’ħoġorha tagħti l-kuruni lil San Duminku u lil Santa Roża, li qegħdin fil-ġnub tal-kwadru minn nofs l-isfel. Fuq ras il-Madonna u l-Bambin insibu żewġ kuruni tal-fidda li kienu tqegħdu f’1685. Fin- naħa t’isfel jidhru żewġ puttini, wieħed minnhom b’baċir mimli ward u l-ieħor b’ġilju abjad.
Restawr ieħor li sar kien fuq iż-żewġ kuruni tal-fidda, li jintlibsu fuq ix-xbieha tal-Madonna u tal-Bambin. Dan ir-restawr sar minn William Montebello (il-Ġojjel) li sfortunatament ħalla din id-dinja ix-xahar li għadda.
Fl-aħħar, ir-restawr fuq il-kwadru tlesta u issa jinsab lura fil-glorja oriġinali tiegħu lest biex nhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru, propju f’jum it-twaqqif mill-419 sena tal-fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju ser issir il-kxif tal-kwadru fil-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Ħal Qormi.
Aħna ta’ stradarjali.com nieħdu gost naraw li l-wirt ta’ pajjiżna ikun indukrat u miżmum fl-aqwa tiegħu