X’Viltà! Jivvandalizzaw Misraħ San Alwiġi Mbagħad Jgħidu Kontra L-Kunsilli
It-titlu huwa ħsieb tagħna. Nemmnu li taqblu magħna. Għax spiss issib nies jilmentaw li xogħol il-kunsill kważi qatt mhu biżżejjed. Imbagħad issib xi ħadd bħal f’dan il-każ, li jagħmel att vandalu u l-ħidma li tkun saret iġibha suf.
Is-Sindku ta’ Birkirkara Joanne Debono Grech qalet li mhumiex aċċettabli l-atti vandali li saru f’Misraħ San Alwiġi f’dawn l-aħħar jiem. Appellat lil kull resident u kull min iżur il-ġonna f’Birkirkara, sabiex jieħdu ħsieb l-ambjent biex b’hekk igawdi kulħadd minn ambjent san u sabiħ.
“Min ikollu xi informazzjoni jew jixtieq jaghddi xi lmenti, wieħed jista’ icempel jew jibgħat messaġġ fuq il-mobajl personali tiegħi 79217344. Din l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali”, temmet tgħid is-Sindku.