Il-Prim Ministru Robert Abela Jonora Lil Żewġ Artisti Tal-Kontribut Fil-Mużika Maltija
Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħa l-okkażjoni biex juri l-apprezzament tiegħu lil żewġ kantanti bravi Maltin; Emma Muscat li rrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest u lil Kurt Calleja; rebbieħ tal-Festival kanzunetta Maltija – Mużika Mużika.
“Ilqajt f’Kastilja żewġ artisti li huma xempju tat-talent Malti. Emma Muscat u Kurt Calleja huma żewġ kantanti fost bosta li qed jagħtu kontribut lill-mużika Maltija. Awgurajtilhom għal futur sabiħ.” kiteb il-Prim Ministru fuq il-midja soċjali tiegħu.
Il-Prim Ministru Abela għandu għal qalbu t-talent Malti. Huwa ġest sabiħ li dak li huwa lokali jkun apprezzat.
Awguri Emma u Kurt.