Bil-Filmat: Aldo Busuttil B’Vidjo Mużikali Ġdid – “Kull Fejn Tkun Int”

 Bil-Filmat: Aldo Busuttil B’Vidjo Mużikali Ġdid – “Kull Fejn Tkun Int”

It-tenur bravu Aldo Busuttil nieda t-tieni kanzunetta oriġinali bil-lingwa Maltija din id-darba tittratta fuq xi jħossu l-maħbubin matul il-mixja lejn l-isbaħ ġurnata taż-żwieġ.

“..Kull Fejn Tkun Int, int u inti biss irrid inkun..” Frażi li turi l-ġmiel u s-sabiħ tal-passjoni ta’ l-imħabba meta tinbed relazzjoni u din twassal għal festa tat-tieġ li hi l-qofol taċ-ċelebrazzjoni tal-maħbubin biex jsiru ta’ xulxin. Il-kanzunetta titratta fuq diversi mumenti u dak li jgħaddu minnhu l-għarajjes fl-isbaħ ġurnata ta’ ħajjithom waqt li jwegħdu lil xulxin li se jkunu hemm fit-tajjeb u fil-ħażin.

“Kull Fejn Tkun Int” hija innu ta’ l-imħabba li tiddeskrivi l-emozzjonijiet, ħsibijiet u l-ferħ tal-maħbubin filwaqt li ittenni b’mod b’saħħtu u poetiku il-ġurament li jagħtu lil xulxin; iċ-ċerimonja taż-żwieġ.

“Ħafna jassoċjawni mal-mużika sagra u dik spiritwali li titkanta fil-funzjonijiet tal-knisja; illum permezz ta’ din il-kanzunetta qed nerġa’ nagħti prova tal-versatilita’ fl-istilijiet mużikali li jmorru għal kull tip ta’ okkazzjoni”, qal Busuttil.

Dan ix-xogħol mużikali ta’ Mark Scicluna, b’lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u b’arrangament ta’ Cyprian Cassar jiġbor dan kollu u jiċċelebra s-sentiment tal-imħabba; sentiment maġiku fejn ikollok ċans taqsam ħajtek ma’ min tħobb. Il-vidjo mużikali għandu produzzjoni tiegħi u b’direzzjoni viżiva ta’ Luke Borg.

Awguri Aldo.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com