Żewġ Vittmi Oħra Tal-Covid-19 F’Pajjiżna
Żewġ anzjani ta’ 90 u 78 sena huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna.
L-anzjan ta’ 90 sena kien ikkonfermat pożittiv fil-15 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru, fejn miet ilbieraħ.
L-anzjan ta’ 78 sena kien ikkonfermat pożittiv fl-10 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta’ Settembru, fejn miet matul dan il-lejl.
Waqt li qal li ż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri, l-Ministeru għas-Saħħa appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.
B’kollox mietu 37 persuna rizultat tal-Covid-19 f’pajjizna mill-bidu ta’ din is-sena.