“Ma Nbidel Xejn – Dwar L-IVF Bil-Fatti Ħżiena Wkoll” – Il-Partit Laburista

 “Ma Nbidel Xejn – Dwar L-IVF Bil-Fatti Ħżiena Wkoll” – Il-Partit Laburista

“F’siegħa intervista jipprova jiġġustifika n-nuqqasijiet tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ kien żbaljat fuq fatt bażiku dwar il-liġijiet tal-IVF f’pajjiżna.” Hekk qalet stqarrija mill-Partit Laburista.

“Qal li l-Partit Nazzjonalista vvota favur l-emendi li saru għal-liġi fl-aħħar snin. “Dik il-liġi evolviet u ġiet emendata wkoll. U tajjeb li ġiet emendata u mxejna ‘l quddiem u vvotajna wkoll favur l-emendi,” qal Bernard Grech meta kien qed jitkellem dwar l-IVF u kif skont hu kien il-Partit Nazzjonalista li għamlu possibbli. 

Apparti li kulħadd jaf li l-Partit Nazzjonalista vvota kontra l-emendi, tiftixa sempliċi fir-rekords tal-Parlament qabel tkellem kienet turih li f’Ġunju tal-2018, il-Partit Nazzjonalista vvota kontra l-emendi sinjifikattivi li kienu pass importanti ‘il quddiem u li fuqhom issa trid tinbena r-riforma li jmiss. Jekk anke l-iktar fatti sempliċi qed jibqa’ jġib żbaljati aħseb u wara kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni jista’ jkun fdat imexxi riformi bħal dawn.”

“Tassew fil-PN ma nbidel xejn”, temmet tgħid l-istqarrija mill-Partit Laburista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com