“Anqas Biss Timmaġinaw Kemm Għen Nies U Għamel Ġid Fis-Skiet Shawn”
“Anqas Biss Timmaġinaw Kemm Għen Nies U Għamel Ġid Fis-Skiet Shawn” … hekk saħqet magħna omm li taf mill-qrib lil Shawn Curmi li sfortunatament tilef ħajtu f’inċident li seħħ aktar kmieni fir-residenza tiegħu stess fiż-Żejtun.
Qaltilna kif Shawn kien magħruf kemm kien jisma’, jgħin u jifhem nies bi problemi diversi u qatt mhu biżżejjed it-tifħir lejh.
Curmi kien midħla sew fiż-Żejtun speċjalment fejn jidħol it-tim tal-futbol ta’ Żejtun Chorintians. Kien ukoll infermier fl-isptar Monte Carmeli.
Sfortunatament, tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fit-taraġ tar-residenza tiegħu fi triq id-Dejma fiż-Żejtun u waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.
Insellmu l-memorja tiegħu.