“Għandha Tinstab Soluzzjoni Ġusta U Vijabbli Għal Min Sofra Mill-Allegat Frodi Ta’ Tbagħbis Ta’ Mileage Ta’ Karozzi” – Il-Partit Nazzjonalista

 “Għandha Tinstab Soluzzjoni Ġusta U Vijabbli Għal Min Sofra Mill-Allegat Frodi Ta’ Tbagħbis Ta’ Mileage Ta’ Karozzi” – Il-Partit Nazzjonalista

Fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista intqal li smajna bl-allegat skandlu ta’ tbagħbis fil-mileage ta’ karozzi second hand impurtati mill-Ġappun. Intqal li dan it-tbagħbis sar biex il-konsumatur jingħata l-impressjoni li l-karozza hija inqas użata milli verament hi.

“F’dan kollu nistgħu naraw numru ta’ nuqqasijiet mill-awtoritajiet konċernati li wasslu għal dan il-qerq. Fil-ġranet wara li ħarġet l-istorja, kienu bosta nies li ndunaw li ġew migduma f’dan l-iskandlu, u bir-raġun qed jaraw kif jistgħu jiġu kumpensati. Id-diskrepanza fil-mileage ivarja minn ftit eluf sa numri li jilħqu l-mitt elf kilometru.

Bħala Partit Nazzjonalista nappellaw lill-awtoritajiet biex filwaqt li jittieħdu l-passi legali, kif titlob i-liġi, għandha tinstab soluzzjoni ġusta u vijabbli għal min sofra b’dan l-allegat frodi.

Għal ħafna il-karozza hija t-tieni l-akbar investiment/nefqa f’ħajjithom.

Min-naħa tiegħu l-gvern irid jaċcerta li ssir analiżi profonda u bidla sħiħa fis-sistema amministrattiva għax hemm wisq xquq. U fl-aħħar mill-aħħar qed ibati biss iċ-ċittadin.’

Hekk temmet tgħid din l-istqarrija li kienet iffirmata minn Adrian Delia – Kelliem għat-Trasport, Mobilita’ u l-Proġetti Kapitali flimkien ma’ Rebekah Cilia – Kelliema għall-Artijiet u drittijiet tal-konsumatur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com