Inċident Tat-Traffiku Bejn Żewġ Vetturi
Raġel u mara, għal xi t-tlieta neqsin kwart ta’ filgħodu, kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għax weġġgħu f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imqabba u Citreon C4 misjuqa minn mara ta’ 20 sena residenti Birkirkara.
Is-sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdu l-isptar b’ambulanza u ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.