Miljun Persuna Żaru Bay Street Complex Mill-Bidu Tal-2022
Miljun persuna uffiċjalment żaru Bay Street Complex mill-bidu tal-2022. Din l-aħbar tkompli tistabbilixxi lil Bay
Street Complex bħala destinazzjoni ideali għall-familja u turistika li tospita varjeta ta’ stabbilimenti ta’
divertiment, ospitalità u xiri għal persuni ta’ kull età.
Dan wara li s-sena li għaddiet seħħew xogħolijiet ta’ ristrutturar immexxija minn Bay Street Group b’valur ta’
€14-il miljun f’dan il-post li sar ikoniku fil-qalba taż-żona turistika ta’ San Ġiljan.
“Ninsabu kuntenti li l-pubbliku qed isib daru f’Bay Street Complex.It-tim wara Bay Street Group u l-kerrejja li
jokkupaw iż-żoni kummerċjali ta’ Bay Street Complex qed jaħdmu bis-sħiħ biex jibqgħu joffru esperjenza mill–
aqwa għall-familja kollha. Il-fatt li lħaqna l-miljun viżitatur tas-sena wara biss ħames xhur, speċjalment wara
perjodu ta’ sentejn fejn konnha qed nissieltu ma’ pademija li għalqet il-bibien ta’ diversi negozju, tagħtina t-tip
ta’ sigurtà li minkejja kollox, Bay Street Complex irnexxielu jara tkabbir ta’ 21% meta mqabbel mal-istess
perjodu fl-2019 u b’hekk jidher li dejjem qed jibqa’ jitqies bħala destinazzjoni għall-familja kollha kemm minn
persuni lokali kif ukoll mit-turisti,” qalet il-Marketing Manager ta’ Bay Street Group, Paula Camilleri.
Bay Street evolva minn kumpless kummerċjali għal destinazzjoni kompleta li toffri varjetà ta’ esperjenzi ta’
divertiment kif ukoll kulinarji, flimkien ma’ ħwienet kummerċjali. Apparti l-investiment ta’ €14-il miljun, Bay
Street Complex qed torganizza diversi avvenimenti ta’ divertiment għal persuni ta’ kull età, inkluż li ġġib
f’Malta wieħed mill-aqwa escapologists mir-Renju Unit u tospità l-finalisti ta’ X-Factor Malta fost avvenimenti
oħra.
Għal aktar informazzjoni, żur www.baystreetgroup.com.mt