Wirja Ta’ Santi Antiki U Statwi Tal-Qaddisin Fl-Imqabba
Ġewwa Palazz Santa Marija l-Imqabba bejn il-15 u d-19 ta’ Ġunju se tkun qed titella’ wirja ta’ Santi u Statwi tal-Qaddisin. Il-Wirja hija imtella’ mis-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba u qed tiġi koordinata mis-Sur Leonard Azzopardi u s-Sur Christopher Ciantar.
Din il-wirja tinkludi diversi kollezzjonijiet ta’ Santi tal-Qaddisin fosthom dawk magħrufa bħala Inċiżjonijiet, Santi tal-Bizzilla, Santi magħrufa bħala tal-Pizzi u dawk taċ-Ċikwejra. Insibu wkoll Serje ta’ Santi Taljani li jmorru lura għas-snin ħamsin. L-eqdem kollezzjoni ta’ Santi f’din il-wirja teħodna lura għas-seklu dsatax, iġġifieri aktar minn 200 sena. Fil-wirja wieħed isib ukoll kollezzjoni ta’ statwi.
Din il-wirja li qed titella’ fis-Sala Marija Assunta ġewwa s-sede tas-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V se tkun miftuħa għall-pubbliku bejn is-7:00pm u l-10:00am filwat li s-Sibt tibqa’ miftuħa sal-11:00pm. Id-dħul huwa bla ħlas.
Aktar informazzjoni fuq il-paġna socjali tas-Soċjeta www.facebook.com/santamarija