Anzjana Ssofri Ġrieħi Serji
Illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza tal-anzjani, f’Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 92 sena, waqgħet għoli ta’ madwar sular u nofs minn tieqa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, l-anzjana ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.