Il-Papa Franġisku Ċaħad Li Se Jkun Qed Jabdika Dalwaqt

 Il-Papa Franġisku Ċaħad Li Se Jkun Qed Jabdika Dalwaqt

F’intervista ma’ Reuters, il-Papa Franġisku ċaħad li se jkun qed jabdika mill-kariga tiegħu dalwaqt u li Alla biss jaf jekk huwiex se jkun qed jagħmel dan fil-futur.

Il-Papa Franġisku ċaħad ukoll rapporti u xnigħat li nstablu kanċer waqt operazzjoni li saritlu s-sena l-oħra. Waqt l-intervista, il-Papa qal li jekk jasal iż-żmien li saħħtu tmajna u ma jkunx jista’ jkompli u jlaħħaq mal-ħtiġijiet li tirrikjedi l-kariga, huwa se jabdika mill-kariga bħalma għamel il-Papa Benedittu XVI.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com