Riħ Qawwi Matul Il-Jum tal-Ġimgħa

 Riħ Qawwi Matul Il-Jum tal-Ġimgħa
Ir-riħ mill-Majjistral mistenni li jkun qawwi u frisk l-aktar matul il-jum tal-Ġimgħa 8 ta’ Lulju. Ir-riħ se jibda jitqawwa (Forza 4-5-6) mil-lejl tal-Ħamis, iżda jkun l-aktar qawwi b’xi buffuri qawwija (sa Forza 7) kultant nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju waranofsinhar u filgħaxija.
Il-Paġna ta’ Facebook ‘It-Temp Madwarna’ qed tappella biex nevitaw il-bajjiet fejn jaqbel dan ir-riħ speċjalment lejn Marsalforn u r-Ramla l-Ħamra f’Għawdex; Fomm ir-Riħ, il-Ġnejna, Għajn Tuffieħa, il-Mixquqa u l-Prajjet f’Malta, minħabba l-mewġ u l-imbatt bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Qed isiru appelli wkoll sabiex nevitaw li jitħallew dgħajjes żgħar mhux marbuta.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com