Teknoloġija Ġdida Li Tista’ Tiftaħ Opportunità Għal Riċiklaġġ U Li Tnaqqas L-Impatt Ambjentali

 Teknoloġija Ġdida Li Tista’ Tiftaħ Opportunità Għal Riċiklaġġ U Li Tnaqqas L-Impatt Ambjentali
Il-kumpanija Maltija Laser Engineering and Development Ltd (LED) hija rebbieħa ta’ diversi premjijiet. Din il-kumpanija innovattiva żviluppat b’suċċess 3D printer head ibbażat fuq it-teknoloġija laser u bħalissa qed isiru aktar studji fuq l-użu ambjentali tagħha fil-proġett il-ġdid ta’ din l-istess kumpanija.
L-iżvilupp taħt l-isem ta’ rePET3D ġie ffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija permezz tal-Programm ta’ Żvilupp Teknoloġiku LITE 2021 u l-għan tiegħu huwa li jiżviluppa upgrade għall-printer head FDM 3D ġdid tal-LED li jagħmel l-istampar b’filament tal-PET riċiklat aktar kompetittiv.
 Illum, il-ħarsien tal-ambjent qed jikseb aktar importanza u interess fl-Unjoni Ewropea u madwar il-bqija tad-dinja.  Fergħa importanti tal-protezzjoni ambjentali hija r-riċiklaġġ li huwa l-proċess ta’ konverżjoni ta’ materjali ta’ skart f’materjali u oġġetti ġodda.
 It-teknoloġija rePET3D żviluppata mill-LED għandha l-għan li tagħmel plastik tal-PET riċiklat għall-istampar 3D u l-oġġetti magħmula minnu għandhom proprjetajiet mekkaniċi li jistgħu jintużaw għal diversi affarijiet.
B’din it-teknoloġija, tista tinfetaħ opportunità ġdida għall-użu ta’ PET riċiklat u partijiet importanti li jkunu saru minn materja prima oħra mhux riċiklata jistgħu jsiru magħha, u b’hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-produzzjoni tal-partijiet.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com