Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Waqgħa
Illum, għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Qormi, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq ċint waqt li kien qiegħed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.