Żewġt Irġiel Arrestati B’Rabta Ma’ Serq Bi Vjolenza F’Marsalforn

 Żewġt Irġiel Arrestati B’Rabta Ma’ Serq Bi Vjolenza F’Marsalforn

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex wasslu sabiex fi ftit sigħat jiġu arrestati żewġt irġiel, Libjan ta’ 42 residenti l-Munxar u Malti ta’ 26 sena residenti Għajnsielem, b’rabta ma’ żewġ serqiet bi vjolenza li seħħew matul il-lejl, nhar l-10 ta’ Lulju 2022 f’ Marsalforn.

Huma tressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech fil-Qorti t’Għawdex b’akkużi relatati ma’ serq ta’ flus kontanti, ikkaġunar ta’ ġrieħi ħfief u ġarr ta’ strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja, fost oħrajn.

L-irġiel wieġbu mhux ħatja u nħelsu mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com