Bil-Filmat: Single Ġdida Minn Dario Mifsud Bonnici

 Bil-Filmat: Single Ġdida Minn Dario Mifsud Bonnici

Dario Mifsud Bonnici għadu kif ħareġ is-single l-ġdida tiegħu “KEEP GOING NOW!’’ Il-kantant ta’ 34 sena huwa magħruf l-aktar fl-industrija tal-Arti tal-Ispettaklu u dan l-aħħar kien ukoll parti mill-cast ta’ ‘Matilda The Musical’.

“KEEP GOING NOW,” b’kitba u produzzjoni ta’ Miguel Magri (Mr.M), l-awtur Amerikan Chase Allemand, u Dario innifsu, għandha melodija pop influwenzata mis-snin 80 , kanzunetta perfetta għas-sajf! Il-video mużikali jagħtina emozzjonijiet sajfin: xemx, pool parties, u fuq kollox Dario innifsu, bil-pożitività tiegħu lejn il-ħajja.

Dario jixtieq jirringrazzja lin-nies kollha li appoġġjawh f’dan il-proġett. “KEEP GOING NOW” bħalissa hi streamed fuq Spotify u l-video mużikali jinsab ukoll fuq YouTube.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com