Attività Orkestrali Fi Pjazza Teatru Rjal

 Attività Orkestrali Fi Pjazza Teatru Rjal

Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju, Pjazza Teatru Rjal ser ikun qed jilqa’ l-Almeers Jeugd Symfonie Orkest millOlanda. L-orkestra hija magħmula minn madwar 80 mużiċist żgħażugħ eċċezzjonali li, taħt id-direzzjoni tas-surmast Hans Welle, ser ikunu qed itellgħu programm varjat b’xogħolijiet ta’ Beethoven, Bizet, Strauss, John Williams u Henry Mancini fost oħrajn. Din l-orkestra hija bbażata fil-belt ta’ Almere, filparti ċentrali tal-Olanda, iżda daqqet b’mod estensiv kemm f’pajjiżha kif ukoll madwar l-Ewropa firreġjun tat-Toscana, Berlin, Barċellona, Londra u fi swali prestiġjużi bħal ma huma ir-Royal Concertgebouw f’Amsterdam u il-Musikverein fi Vjenna. Dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn iżda jinġabru donazzjonijiet b’riżq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

F’Awissu u Settembru ser nerġgħu naraw ir-ritorn tal-Malta Concert Orchestra wara bidu tassew impressjonanti għall-istaġun sajfi tal-2022 b’A Night at the Musicals fit-3 ta’ Ġunju u MCO Pop fit-8 ta’ Lulju. Il-Malta Concert Orchestra għandha ppreparat ħafna aktar programmi eċitatni li żgur ser jinżlu tajjeb mas-segwaċi dejjem aktar numerużi tagħha. Fil-5 t’Awissu l-orkestra ser tkun qed ittella’ Elton John Tribute filwaqt li fis-26 t’Awissu ser tesegwixxi The name’s Bond … li naturalment ser jinkludi fih il-mużika epika tas-sensiela ċinematografika ta’ James Bond. F’Settembru, il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed ittella’ l-edizzjoni 2022 tal-appuntament annwali ta’ Notte Italiana filwaqt li fis-16 ta’ Settembru ser tkun qed ittemm l-impenji tagħha tas-sajf permezz ta’ MCO Queen Tribute.

Il-Malta Concert Orchestra, li llum-il ġurnata tinsab fil-ħames sena minn mindu bdiet topera minn fi Pjazza Teatru Rjal, kull ma jmur qed tistabbilixxi ruħha sewwa fuq ix-xena kulturali lokali. Ilmużiċisti tal-orkestra flimkien ma’ għadd ta’ kantanti lokali, taħt it-tmexxija tad-diretturi tagħha Maestro Paul Abela u Maestro Joe Brown, jagħtu prova ta’ kif tista’ żżewweġ produzzjonijiet ta’ livell għoli ħafna flimkien ma’ kultura aċċessibbli.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq is-sit tat-teatru www.pjazzateatrurjal.mt jew inkella fuq il-mezzi soċjali.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com