Mara Tweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

 Mara Tweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq il-Mellieħa, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Peugeot Expert, misjuq minn mara ta’ 33 sena residenti r-Rabat Għawdex, u Opel Corsa, misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara ta’ 35 sena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com