Skopri L-Faxxinu Tal-Esplora Fl-Atmosfera Ta’ Filgħaxija 

 Skopri L-Faxxinu Tal-Esplora Fl-Atmosfera Ta’ Filgħaxija 
Matul il-ġranet sħan tas-sajf, m’hemm xejn isbaħ milli tgħaddi lejla maġika taħt l-istilel, waqt li tgawdi s-sbuħija tal-veduti li jaf joffri l-Port il-Kbir. Nhar it-Tlieta, 9 t’Awwissu, apparti mill-ħinijiet normali ta’ ftuħ ta’ filgħodu, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, se jkun qed jerġa’ jiftaħ filgħaxija bejn is7.30 pm u l-11.30 pm. 
Matul dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jiskopru l-faxxinu li joffri ċ-ċentru interattiv fl-atmosfera ta’ filgħaxija. Fost l-oħrajn se jkunu jistgħu jgawdu l-esebiti, jipparteċipaw f’xows tax-xjenza jew jaraw film/xow fl-EsploraPlanetarium.  
Matul l-istess serata jingħata l-ispettaklu annwali tal-logħob tan-nar magħruf bħala La Notte di San Lorenzo, fejn Esplora huwa l-post perfett minn fejn tista’ tgawdi din il-wirja tant mistennija ta’ logħob 
tan-nar. 
X’se ssib matul din is-serata? 
Żona għall-BBQ 
Bar u anke Wine Bar 
Xows tax-Xjenza 
Planetarium Films/Xows 
200+ esebiti interattivi (Il-bini tal-esebiti tal-Esplora se jibqa’ miftuħ sal-11 ta’ filgħaxija) 
Wirja tal-Logħob tan-Nar 
Veduti sbieħ tal-Port il-Kbir u ż-żoni tal-madwar 
Biljetti għal dawn is-sigħat ta’ ftuħ jistgħu jinxtraw biss online billi tagħfas din il-ħolqa: https://esplora.org.mt/hinijet-ta-ftuh-filghaxija-9-tawwissu-2022/?lang=mt 

(Jiddispjaċina ninfurmawkom li l-biljetti għal dan l-avveniment ġew mibjugħa kollha.)

Titlifx l-opportunità li tesplora ċ-ċentru tax-xjenza filgħaxija u tiskoprih b’modi ġodda. 
 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com