Il-Ħitan F’Pajjiżi Ta’ Lvant Mhux Soluzzjoni Għall-Fenomenu Tal-Immigrazzjoni Fil-Mediterran

 Il-Ħitan F’Pajjiżi Ta’ Lvant Mhux Soluzzjoni Għall-Fenomenu Tal-Immigrazzjoni Fil-Mediterran

“Mhux aċċettabli li pajjiżi Ewropej oħra qegħdin jibnu l-ħitan, filwaqt li jħallu lil Malta u l-Italja waħedhom quddiem ir-realtà tal-immigrazzjoni,” qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer. Hu kien qiegħed jitkellem waqt konferenza organizzata fil-Belt ta’ Alcamo fi Sqallija fejn saħaq li l-bini ta’ ħitan fl-Unjoni Ewropea m’huwiex is-soluzzjoni għall-fenomenu tal-immigrazzjoni.

Bħalissa l-bini ta’ ħitan minn xi pajjiżi Ewropej qiegħed iwassal għal rottot differenti għall-immigrant. L-Unjoni Ewropea flok tibni ħitan, għandha bżonn politika komuni dwar l-immigrazzjoni li tneħħi l-piż minn fuq l-Istati Membri fuq il-fruntiera, tagħti dinjita’ lill-persuni li qed ifittxu l-ażil u li tirrifletti l-isfidi demografiċi li issa jeżistu f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea,” qal Engerer.

Engerer emfasizza li n-naħa t’isfel tal-Ewropa ma tistgħax u ma għadha qatt tibni ħitan għaliex dak iwassal għal mewt fuq il-baħar ta’ dawk li jkunu qegħdin ifittxu ażil. “Jien minn Malta, qegħdin fi Sqallija u għadna ġejjin minn jumejn f’Lampedusa fejn rajna r-realtà fuq din il-gżira. Ilkoll kemm aħna nafu li aħna li ngħixu fuq il-gżejjer fin-naħa t’isfel tal-Ewropa għandna l-obbligu li nsalvaw il-ħajjiet. Iżda l-kumplament tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom l-obbligu li flimkien jerfaw il-piż u l-opportunità tal-immigrazzjoni” b’mod maqgħud, qal Engerer.

Ir-realtà fl-istituzzjonijiet Ewropej hi li l-partiti tal-lemin, inkluż il-Partit Popolari Ewropew li tiiegħu hu membru l-Partit Nazzjonalista jridu jħallu l-piż kollu fuq in-naħa t’isfel tal-Ewropa. Cyrus Engerer kien qiegħed jipparteċipa f’konferenza organizzata mill-MPE minn Lampedusa Pietro Bartolo, b’parteċipazzjoni wkoll tal-MPE Domenec Ruiz Deveza Minn Spanja u Thijs Reuten min-Netherlands.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com