Il-Kappillan Ta’ Marsaxlokk Jitpoġġa Fuq Administrative Leave

 Il-Kappillan Ta’ Marsaxlokk Jitpoġġa Fuq Administrative Leave

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ġiet infurmata li l‑kappillan ta’ Marsaxlokk se jaffaċċja akkużi marbuta ma’ misapproprjazzjoni ta’ fondi u ħasil ta’ flus.

Is‑saċerdot tpoġġa fuq administrative leave b’effett immedjat sakemm jibqgħu għaddejjin il‑proċeduri.

Il‑parroċċa se tkun taħt it‑tmexxija ta’ amministratur maħtur mill‑Arċisqof Charles Scicluna.

L‑Arċidjoċesi offriet il‑koperazzjoni sħiħa tagħha lill‑awtoritajiet u se tfittex li tistabbilixxi jekk il‑kappillan mexiex ma’ policies dwar donazzjonijiet li huma diġà stabbiliti.

Minħabba li għaddejjin proċeduri, l‑Arċidjoċesi mhux se tikkummenta dwar dan il‑każ u tappella lill‑midja biex tirrispetta l‑preżunzjoni tal‑innoċenza sabiex il‑ġustizzja tieħu l‑kors sħiħ u xieraq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com