Il-Kunsilli Lokali Tal-Imtarfa, Tar-Rabat U Tal-Imdina Huma Kontra L-‘Mdina Gran Prix’
Il-Kunsilli Lokali tal-Imtarfa, tar-Rabat u tal-Imdina jiddikjaraw illi huma lkoll kontra li l-‘iMdina Gran Prix’ issir fil-konfini tagħhom, kif pjanat bejn it-13 u s-16 t’Ottubru 2022.
Filwaqt illi fil-prinċipju m’għandhom xejn kontra l-attività nnifisha u/jew l-organizzaturi, il-Kunsilli qablu unanimament illi fid-dawl tal-inkonvenjent qawwi għar-residenti u l-periklu serju li jirriżulta mill-konġestjoni kbira li tinħoloq waqt l-iMdina Gran Prix, din l-attività għandha ssir x’imkien ieħor iżda żgur illi mhux fl-Imtarfa, fir-Rabat u fl-Imdina.
Dan intqal fi stqarrija konġunta mingħutha minn dawn il-kunsilli lokali msemmija.
F’dan il-kuntest, il-Kunsilli Lokali jappellaw lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jinstab lok alternattiv għal din l-attività. Fin-nuqqas ta’ dan, it-tliet Kunsilli jirriservaw kull dritt li jieħdu passi ulterjuri biex jissalvagwardjaw l-interessi u l-ġid komuni tar-residenti tagħhom.
Ritratt: The Billionaires Plan