Il-Katidral Ta’ San Pawl Fl-Imdina Imħaddan Miċ-Ċpar F’Għodwa Minn T’Ottubru

 Il-Katidral Ta’ San Pawl Fl-Imdina Imħaddan Miċ-Ċpar F’Għodwa Minn T’Ottubru
“Il-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina mħaddan miċ-ċpar f’għodwa minn t’Ottubru”… Hekk kiteb Clifford Jo Żahra Fenech malli tella’ ritratt li ħa hu stess.
Ir-ritratt ittieħed il-Ġimgħa 2 t’Ottubru fis-7.00. Clifford għandu għall-qalb n-natura, huwa għalliem tal-Maltii fil-livell sekondarju, huwa awtur ta’ Linji Sfużi (2014) u ta’ diversi xogħlijiet letterarji li dehru f’rivisti letterarji.
In-novella tiegħu Tlett Ijiem u Wieħed kienet waħda mill-finalisti tal-proġett Flash Europa 28, tant li anke ġiet tradotta għal-lingwi Ingliż u ċ-Ċiniż.
Involva ruħu fil-koordinazzjoni ta’ numru ta’ proġetti artistiċi fosthom Linji Sfużi (2014) u Daqqa t’Id (2016); kien elett fil-kumitat tal-Għaqda tal-Malti-Università (2013-2015); ippreżenta seminars u taħditiet ta’ natura lingwistika jew letterarja; u kiteb għadd ta’ kontenut u intervisti għal siti u rivisti varji.
Awguri Clifford… Nieħdu gost naqsmu magħkom, il-kapaċità tal-Maltin fostna.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com