Identifikat Ir-Raġel Li Nstab Mejjet f’Birżebbuġa
Kif kien ikkomunikat fl-aħħar stqarrija stampa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija, fejn l-investigaturi qegħdin fejn kienu qed jistennew ir-riżultat tattestijiet tad-DNA sabiex il-kadavru li nstab f’għalqa taħt xi siġar fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa jiġi identifikat, aktar kmieni llum ħarġu r-riżultati tad-DNA.
Dawn ikkonfermaw li l-kadavru huwa ta’ Karmenu Fino, l-anzjan ta’ 83 sena li kien ġie rrapportat nieqes fit-28 ta’ Ġunju, fejn l-aħħar li deher kien f’Ħal Luqa.
L-analiżi forensiċi permezz tat-testijiet tad-DNA kienu meħtieġa minħabba li l-kadavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u ma setax jiġi identifikat mill-ewwel.
Mill-awtopsja li kienet saret irriżulta li ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni u lmewta mhiex waħda suspettuża.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela tenna li tkellem mal-familjari ta’ Fino fejn wassal il-kondoljanzi rispettivi.