Tixtrix U Tiekolx Minn Dan Il-Prodott
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li huwa kkontaminat bis-Salmonella.
Salmonella huma mikrobi li jistgħu jwasslu għal deni, dijarea u uġigħ fiż-żaqq fi żmien 12 sa 72 siegħa wara l-infezzjoni.
Isem tal-prodott: | Hot Madras Curry Powder |
Dittà: | TRS Asia’s Finest Foods |
Data tad-durabbilità: | 06/2023 |
Użin: | 100g u 400g |
Oriġini: | Indja |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq [email protected].
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/