‘Leave Our University Alone’ – MŻPN U TeamStart

 ‘Leave Our University Alone’ – MŻPN U TeamStart

L-MŻPN u TeamStart ilbieraħ filgħaxija wasslu messaġġ wieħed lill-Gvern biex ma jmissx l-investiment li qed isir fiż-żgħażagħ, bil-messaġġ “Leave our University alone”, wara li l-Gvern għażel li jnaqqas il-budget għall-universitá.

L-MŻPN u TeamStart wasslu l-messaġġ b’kartelluni mal-faċċati ta’ Kastilja, tal-Ministeru tal-Finanzi u anke tal-Universitá biex jappellaw lil Robert Abela u sħabu li għall-ħela u t-tberbiq tagħhom m’għandhomx iħallsu ż-żgħażagħ, li huma jirrappreżentaw.

Iż-żgħażagħ sostnew li l-ftit investiment li qed isir fiż-żgħażagħ ma għandux jintmiss u għalhekk appellaw lill-Gvern biex jieqaf jilgħab mal-futur tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com