Bil-Filmat: Kampanja Preventiva Dwar Il-Puplesija Mill-Ministeru Għall-Anzjanità Attiva

 Bil-Filmat: Kampanja Preventiva Dwar Il-Puplesija Mill-Ministeru Għall-Anzjanità Attiva

Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva mmexxi mill-Ministru l-kirurgu Jo Etienne Abela qed iniedi kampanja t’għarfien dwar il-puplesija #SayNoToStroke biex minn kmieni, nagħrfu sintomi u nieħdu ħsieb.

“Il-puplesija hija kundizzjoni li taf tkun fatali. Ittestja ruħek u nforma lilek innifsek!”spjega l-Ministru Jo Etienne Abela.
Persuni ta’ il fuq minn 65 sena jistgħu jittestjaw ruħhom b’xejn nhar il-ġimgħa 16 u s-sibt 17 ta’ Settembru bejn id-9 u l-4pm fl-Imperial Residential and nursing home f’ Tas-Sliema jew fil-Golden Care home fin-Naxxar.
Aktar dettalji dalwaqt.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com