Il-Festa Ta’ San Franġisk Ta’ Assisi Fir-Rabat
Tħabbar il-programm tal-Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani, Santa Marija ta’ Ġesù, Ir-Rabat
Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru:
Jum l-Għażla għall-Ħajja Konsagrata lil Alla.
9:45am Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mir-Rev. Dun Sean Abela, is-Saċerdot Rabti ġdid. Mistiedna ningħaqdu flimkien biex inroddu ħajr lil Alla u nitolbu għall-Vokazzjonijiet, Saċerdotali u Reliġjużi.
It-Tnejn 3 ta’ Ottubru:
Jum it-Tifkira tal-Vjaġġ Imqaddes għas-Sema ta’ San Franġisk.
5:30pm Talba tar-Rużarju Meditat quddiem Ġesù Espost u Barka Sagramentali.
6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bit-Talba tal-Għasar minn P. Clive Camilleri OFM, Vigarju tal-Fraternità. Wara quddiem l-Altar ta’ San Franġisk niċċelebraw l-Mewt u t-Twelid mill-ġdid għas-Sema tal-Qaddis. Isir it-Tberik u tqassim tal-ħelu li xtaq San Franġisk qabel miet.
It-Tlieta 4 ta’ Ottubru:
Is-Solennità ta’ San Franġisk.
7:30am Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum minn P. Stephen Magro OFM, Assistent Spiritwali tal-OFS. Wara l-Quddiesa niltaqgħu għat-tè fil-Kunvent.
Filgħaxija l-Knisja ma tiftaħx biex niċċelebraw mal-Provinċjal u l-Patrijiet, lil San Franġisk fil-Knisja tagħna tal-Belt Valletta.
L-Erbgħa 5, il-Ħamis 6, u il-Ġimgħa 7 ta’ Ottubru:
Jiem ta’ Tħejjija għall-Festa.
5:30pm Talba tar-Rużarju Meditat quddiem Ġesù Espost u Barka Sagramentali.
6:00pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bil-Prietka minn
P. Ramon Farrugia OFM. Wara t-Tqarbin, Kant tal-Antifona u tingħata qima lir-Relikwija tad-Demm għażiż ta’ San Franġisk.
L-Erbgħa ddedikat għal-Letturi, Korijiet u Fratelli Ġużeppini u Helpers li joffru servizz fil-Knisja tagħna.
Il-Ħamis iddedikat għall-Membri Franġiskani Sekulari. Isir it-Tiġdid tal-Professjoni tagħhom.
Il-Ġimgħa ddedikat lill-Abbatini u l-Familjari tagħhom. Issir il-Vestizzjoni tal-Abbatini ġodda.
Is-Sibt 8 ta’ Ottubru:
Lejlet il-Festa.
5:30pm Talba tar-Rużarju Meditat quddiem Ġesù Espost u Barka Sagramentali.
6:00pm Translazzjoni bir-Relikwija tal-Qaddis
mis-Santwarju ta’ San Ġużep bis-shem tal-Arcikonfraternita’ ta’ San Guzepp u Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni mmexxija mill-W. R. P. Twanny Chircop OFM, Ministru Provinċjal. Wara ċ-Ċelebrazzjoni kulħadd mistieden għar-Reċiviment fil-Kunvent.
Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru:
Jum il-Festa ta’ San Franġisk.
8:00am – 11:00am Attività ta’ bejgħ ta’ prodotti Agrikoli madwar il-Knisja: Triq San Ġużepp u Triq San Pawl organizzata b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, il-Ministeru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali.
9:45am Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mmexxija minn P. Martin Coleiro OFM, Gwardjan tal-Fraternità u jipprietka Rev. P. Frankie Cini MSSP.
11:00am Il-Banda L’Isle Adam tilqa` l-Istatwa ta’ San Franġisk, li se tkun merfghuha mill-fratelli Guzeppini u takkumpanjaha sal-Ġnien Howard. Kulħadd mistieden anke dawk li se jġibu l-annimali biex jimxu mill-Knisja sal-Ġnien, fejn se jsir it-Tberik tal-Annimali. Wara t-Tberik l-Istatwa terġa` lura għall-Knisja mal-Banda L’Isle Adam.