Bil-Filmat: Notte Bianca Tirritorna Fl-1 Ta’ Ottubru!​

 Bil-Filmat: Notte Bianca Tirritorna Fl-1 Ta’ Ottubru!​

LUV concerts Photo: Darrin Zammit Lupi

In-Notte Bianca reġgħet magħna wara sentejn! Qis li s-Sibt l-1 ta’ Ottubru terħulha għall-Belt Valletta għal lejla maġika mżewqa b’bosta avvenimenti artistiċi u kulturali, li żgur ser jolqtlu l-gosti ta’ kulħadd.

Għal min ma jafx, in-Notte Bianca huwa wieħed mill-akbar festivals annwali organizzati minn Festivals Malta, fejn it-toroq kollha tal-belt Valletta jiġu mdawwla f’ċelebrazzjoni artistika spettakolari totalment bla ħlas!

Il-Kbir Ghadu Gej
by Malcolm Galea, directed by Sean Buhagiar
Freddie Portelli
Mediterranean Conference Centre
Photo: Darrin Zammit Lupi

Din is-sena, it-tema hija ‘Anything You Want … You Got It’, frażi li hija meħuda mill-kanzunetta ‘You Got It’ ta’ Roy Orbison. Però, għalfejn din il-frażi eżatt? Id-Direttur Artistiku jispjega li din il-frażi hija d-deskrizzjoni perfetta ta’ l-attivitajiet pjanati – waqt Notte Bianca, żgur ser ikun hemm xi ħaġa għal kulħadd, u aktar!

Ta’ min jgħid ukoll li l-programm huwa maqsum f’diversi rotot artistiċi, biex min iżur Notte Bianca jsibha iktar faċli li jsib dak li jinteressah mingħajr ħafna tidwir.

Il-programm jibda’ b’attivitajiet li jgħamlu parti mir-rotta tat-tfal, li ser tinkludi diversi proġetti interattivi, b’narrattiva fantastika għall-familja kollha, li jibdew mill-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Mis-sebgħa ta’ filgħaxija ’l quddiem ser jibdew attivitajiet fir-rotot l-oħra, li jinkludu dik taż-żfin; ir-rotta tat-teatru; ir-rotta l-ħamra, li tinkludi proġetti għal udjenza matura, eċċ.

Għal min iħobb il-mużika, hemm rotta speċifika għal hekk. Din hija l-aktar rotta varjata tal-programm ta’ din is-sena u tinkludi diversi ġeneri mużikali, fosthom folk permezz ta’ Skald u Stejrotipi, country mir-
reġina tal-mużika country f’Malta – Marisa Damato, mużika Maltija bis-sehem tar-re tar-rock’n roll f’Malta – Freddie Portelli, mużika Taljana, mużika tradizzjonali Maltija u dik nostalġika, brass bands,
proġett iddedikat għall-mużika ta’ Charles ‘City’ Gatt u ħafna aktar. Mis-sebgħa u nofs ’l quddiem ser ikun hemm brijju fuq il-palk prinċipali li se jkun fi Pjazza San Ġorġ, b’kunċerti minn The Mel Collective
featuring Matthew James & Karin D, Klinsmann, u l-mistiedna speċjali ta’ din is-sena THE KOLORS!

Għal dawk li għandhom għal qalbhom il-mużika klassika, Festivals Malta ħasbu wkoll f’rotta apposta, li ser tinkludi kunċerti ta’ mużika barokka f’diversi knejjes madwar il-Belt. Apparti minn hekk ser ikun
hemm ukoll ir-rotta alternattiva b’palk iddedikat għall-mużika etnika fi ġnien Laparelli li ser jospita lil Manatapu, lil Tribali u lil Fakawi!

Narawkom ġewwa l-Belt Valletta fl-1 ta’ Ottubru għar-ritorn grandjuż ta’ Notte Bianca. Titilfuhiex għax jiddispjaċikom!

Aktar informazzjoni fuq www.festivals.mt/nb

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com