Il-Ministru Byron Camilleri F’Laqgħa Bilaterali Mal-Ministru Tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen

 Il-Ministru Byron Camilleri F’Laqgħa Bilaterali Mal-Ministru Tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen

F’Ħelsinki, il-Finlandja, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen, fejn matulha ġiet diskussa t-tema tal-immigrazzjoni. Filfatt, matul din il-laqgħa ġiet diskussa t-triq ’il quddiem fuq id-dokument imressaq mill-Presidenza dwar il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà b’rabta mal-immigrazzjoni u anke l-progress fuq id-diskussjoni li għaddejja dwar il-Patt tal-Immigrazzjoni u l-Ażil.

Il-Ministru Camilleri, f’isem il-Gvern Malti, irringrazzja lill-Finlandja li għenet u ħadet sehem fil-mekkaniżmu ta’ solidarjetà b’rabta mal-immigrazzjoni.

Iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu d-diskussjonijiet għall-ġid taż-żewġ pajjiżi u tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali.

 

Ritratt: MHSR

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com