Jinstab Kadavru Fil-Baħar Fl-Inħawi Ta’ Marsalforn F’Għawdex
Illum, għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar fl-inħawi ta’ Marsalforn, Għawdex.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-kadavru u ħaduh ix-Xatt ta’ l-Imġarr.
Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ mara però sa issa għadha mhux identifikata peresli l-ġisem instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża talmewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.