Tinqaleb Vettura Ġol-Iskate Park Fl-Imsida
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 29 sena residenti il-Ħamrun weġġa’ waqt li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Smart, tilef il-kontroll u inqaleb.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għallkura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.