Kmieni l-Ħadd 30 T’Ottubru, Jintemm Il-Ħin Tas-Sajf
Il-pubbliku hu avżat li l-ħin tas-sajf f’Malta din is-sena se jispiċċa fit-3 ta’ filgħodu, ħin tas-sajf lokali, tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri tat-30 ta’ Ottubru 2022.
Dan ifisser li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt 29 u l-Ħadd 30 t’Ottubru, fit-3 ta’ filgħodu, l-arloġġ jerġa’ jiġi s-2 ta’ filgħodu. Hekk kif l-arloġġ jdur lura b’siegħa, mill-Ħadd li ġej nibdew nesperjenzaw li jibda jidlam aktar kmieni u mit-Tnejn li ġej jibda jisbaħ qabel.