”Illum Mhux Jum Il-Mara. X’Ipokrezija Ta’ Nies” – Peter Agius

 ”Illum Mhux Jum Il-Mara. X’Ipokrezija Ta’ Nies” – Peter Agius

F’kitba fuq facebook, il-kandidat politiku għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius ikkritika lil Gvern li qed ikaxkar saqajh sabiex verament jagħti importanza lill-mara f’bordijiet tal-kumpaniji.

Peter Agius saħaq li meta jiġi Jum il-Mara, ħafna jitkellmu kemm huwa importanti li n-nisa javvanzaw fil-karriera tagħhom iżda fil-kumplament tas-sena toħroġ l-ipokrezija grassa.

”L-Ewropa għadha kemm adottat liġi biex 40% tad-diretturi fil-bordijiet tal-kumpaniji l-kbar ikunu nisa. Din id-direttiva, l-Gvern ilu jinnegozjaha 10 snin fi Brussell. Wara li sabu l-iskużi kollha biex iwaqqfuha, issa li għaddiet qed jistennewha bil-lajma tiġi ppublikata, imbgħad forsi niċċaqalqu” – Saħaq Peter Agius

Sadanitant huwa kkonkluda billi qal li Malta tibqa’ fil-qiegħ, b’9% biss tad-diretturi f’kumpaniji jkunu nisa u żied jgħid li hija ironika kif bagħtna Kummissarju Ewropew Maltija u tajniha l-portafoll tal-Ugwaljanza

 

 

Ritratt meħud mill-internet

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com