Il-PM kkonferma li ma ġie ffirmat ebda SOFA agreement mal-Amerikani

 Il-PM kkonferma li ma ġie ffirmat ebda SOFA agreement mal-Amerikani

Il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li l-Gvern ma ffirmax dak li huwa magħruf bħala Status of Forces Agreement (SOFA) mal-Gvern Amerikan.

Fil-Parlament, Dr Abela ċaħad dak li ġie rrapportat ilbieraħ fil-gazzetti u qal li d-diskussjoni jew le dwar dan il-ftehim ilha għaddejja snin twal.

Il-Prim Ministru ċaħad ukoll li kien hemm xi rabta bejn il-Moneyval Report u l-potenzjalità ta’ ffirmar ta’ dan il-ftehim. Qal li l-Gvern għamel dak li kien meħtieġ biex jgħaddi mit-test tal-Moneyval.

Innota li punt ewlieni li l-Moneyval issemmi u li kellha tħassib dwaru huwa l-fatt hi li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni daħal fi prassi li flok iressaq dawk li jonqsu milli jħallsu t-taxxa bi proċeduri kriminali l-qorti, jidħol fi ftehim magħhom.

Qal li dan in-nuqqas li identifika r-rapport tal-Moneyval huwa preċiżament dak li għamel il-kap tal-Oppożizzjoni uxxenti Dr Adrian Delia u l-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid Bernard Grech.

Saħaq li wieħed min-nuqqasijiet ewlenin li jsemmi l-Moneyval huwa proprju din il-prattika li bbenefikaw minnha kemm Delia u kemm Grech li sejħilhom persistant tax defaulters.

Fakkar li l-kwistjoni tal-Moneyval tqajmet fl-2012 taħt amministrazzjoni differenti u llum saru l-bidliet kollha meħtieġa biex Malta tgħaddi b’suċċess minn dan it-test.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com