Festa Ta’ San Martin De Porres Fil-Birgu
Nhar il-Ħadd 6 ta’ Novembru ġewwa l-Birgu l-Komunita’ Dumnikana ċ-ċelebrat il-festa ta’ San Martin De Porres u kkommemorat is-60 anniversarju mill-kanonizazzjoni ta’ San Martin. San Martin kien ikanonizzat mill-Papa Ġwanni XXIII fl-1962. San Martin għix bejn 1579 u 1639 il-Peru u kien fratell koperatur Dumnikan. Martin huwa protettur tal-annimali. Jingħad li kellu kariżma kbira mal-annimali u kien irnexxilu jitma’ kelb, qattus u ġurdien mill-istess platt.
Fl-10a.m. saret quddiesa kantata fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, il-Birgu mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP. Wara saret demostrazzjoni bix-xbieha ta’ San Martin De Porres mill-Knisja sa Couvre Port, il-Birgu. F’Couvre Port is-Sur George Farrugia mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Ħarsien tal-Annimali għamel messaġġ tal-okkażjoni fuq il-kif għandna nħarsu l-annimali u l-imħabba li rridu nuruhom. Wara l-Onor. Dr. Alicia Bugeja Said għamlet diksors tal-okkażjoni wkoll. Għat-tberik tal-annimali kien hemm preżenti wkoll il-klieb tal-Korp tal-Pulizija.