Jingħata l-ħelsien wara li kien mixli li aggreddixxa żewġ persuni
Ġuvni ta’ 21 sena li joqgħod Ħad-Dingli ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li llum tressaq il-Qorti mixli li aggredixxa u darab persuni, waħda minnhom gravi, wara inċident tat-traffiku fix-Xemxija lbieraħ filgħodu.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima intqal li li l-ġlieda inqalgħet wara li allegatament il-karozza tal-vittmi laqtet mera tal-vettura tal-akkużat.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €10,000 fost kundizzjonijiet oħra. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-allegat vittmi.