Midnight Express Jagħlaq 42 Sena…
Il-film inġibed f’Sant’Iermu, fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta f’Ħal Luqa, fil-Mediterranean Film Studios fil-Kalkara u f’imkejjen oħra madwar pajjiżna. Kien hemm ukoll xeni miġbuda fil-Greċja u f’Istanbul fit-Turkija.
F’xena minnhom jidhru żewġ Maltin: Joe Zammit Cordina u George Portelli li kienu qed jinterpretaw il-parti ta’ pulizija fl-ajruport. Zammit Cordina kellu jgħid il-versi bit-Tork imma f’rapurtaġġ f’gazzetti aktar tard, kien intqal li dak il-ħin kien nesa l-kliem u d-Direttur Alan Parker qallu biex jgħidhom bil-Malti għaliex ħadd ma kien se jifhem.
Il-budget tal-film kien ta’ $2.3 miljuni u huwa mifhum li daħħal mal- $35 million minn madwar id-dinja.
The Maltese blogger illum fakkar din il-memorja permezz ta’ kontribuzzjoni dwaru online: https://malteseblogger.com/midnight-express-is-42-years-old/?fbclid=IwAR03LoG9mRKGlTNOVw7FZ6GJtP-qzI0KDg5TGSwn77d5TVrP5dfWvfR05og
Ritratt: Times of Malta