Kantanta Maltija ppremjata għall-kontribut tagħha fil-mużika country fl-Irlanda
Il-kantanta Maltija tal-mużika country, Marisa D’Amato, għadha kemm ingħatat il-premju ta’ Music Without Borders fis-serata annwali tal-Hot Country Awards li saru fl-Irlanda.
Hija ngħatat dan ir-rikonoxximent għax-xogħol tagħha fil-mużika country fl-Irlanda.
F’kummenti ma’ STRADA RJALI, Marisa D’Amato esprimiet il-ferħ tagħha għal dan il-premju.
“Sodisfazzjon li pajjiż kbir bħal Irlanda, mimli kultura japrezza kantanta barranija.”
Marisa hija l-unika kantanta internazzjonali li ġiet mogħtija premju minn dawk kollha li ġew innominati, li huma kollha Irlandiżi jew mir-Renju Unit.