Tikolx dawn il-prodotti jekk inti allerġiku għas-sulfati
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku dwar il-prodotti ta’ hawn taħt.
Fi stqarrija, huma spjegaw li wara li saru xi analiżi, dawn il-prodotti ma għandhomx jiġu kkonsumati minn persuni allerġiċi għas-sulfti (sulphites), peress li dawn instabu fil-prodotti msemmija mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Pitted Apricots | |
Dittà: | Simpler Cheaper | |
Data tad-durabbilità: | Best Before: 13/12/2023 | |
Data tal-ippakkjar: | 16/02/2023 | |
Deskrizzjoni tal-prodott: | Golden Raisins | |
Dittà: | Country | |
Data tad-durabbilità: | Best Before End: December 2023 | |
Numru tal-lott: | 1121/026.21 | |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].