Studju juri li raġel omosesswali minn kull erbgħa esperjenza abbuż
Fl-Iskozja raġel minn kull erbgħa li jinsab jew kien f’relazzjoni ma’ raġel ieħor esperjenzaw xi tip ta’ vjolenza domestika mill-partner tagħhom stess. Dan ħareġ minn studju li sar mill-Università Glasgow Caledonian.
Riċerkaturi ta’ dan l-istudju semgħu l-esperjenzi li għaddew minnhom uħud mill-irġiel, li tinkludi vjolenza fiżika, stupru u abbuż psikoloġiku.
Fil-fatt, l-akkademiċi talbu għal aktar għarfien dwar dan is-suġġett u titjib fis-servizzi ta’ appoġġ fl-Iskozja. Wieħed mir-riċerkaturi, Dr Edgar Rodriguez-Dorans, qal li ħafna mis-servizzi dwar vjolenza domestika huma mmirati lejn in-nisa, fejn jagħti x’jifhem li n-nisa huma aktar suxxettibbli li jkunu vittmi ta’ abbuż. Żied jgħid ukoll li l-irġiel ma jarawx lilhom infushom bħala oġġett ta’ abbuż, allura l-vittmi jaf idumu snin biex ifittxu l-għajnuna għal dak li jkunu għaddew minnu.