Daqshekk Phantom of the Opera

 Daqshekk Phantom of the Opera

Ilbieraħ niżel is-separju darba għal dejjem fuq il-produzzjoni mużikali Phantom of the Opera fi Broadway. Wara 35 sena u kważi 14,000 wirja, Phantom of the Opera ta’ Andrew Lloyd Webber sellmet lill-udjenza għall-aħħar darba.

Jidher li l-ispejjeż biex tibqa’ ssir din il-prdouzzjoni teatrali kibru tant, li  kważi jlaħħqu l-miljun dollaru fil-ġimgħa. Din l-ispiża hija aktar mid-dħul li tiġġenera l-istess produzzjoni.

Bosta ammiraturi, li hemm minnhom li raw din il-produzzjoni għal aktar minn 100 darba, esprimew id-dwejjaq tagħhom tant li qabbluha bħala telfa ta’ xi ħabib tal-qalb tagħhom.

Ritratt: Avery Brunkus

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com