“L-iskola jkollna nistennew sal-brejk biex nieklu”
Il-ġimgħa li għaddiet filmat li qabad idur fuq il-midja soċjali qajjem kontroversja sħiħa. Dan kien juri sewwieq ta’ tal-linja jmur jixtri minn tal-pastizzi.
Passiġġieri li kienu hemm spjegaw li qabel ma mar jixtri staqsihom jekk jistax. Wara li qalulu iva, wieħed mill-passiġġieri qabad jiġbed filmat tas-sewwieq jixtri. Ħafna qalu, x’għamel ħażin, mhux kemm mar jixtri f’inqas minn 20 sekonda? X’għaġeb sħiħ!
Iżda jiena niftakarna, li l-iskola ħadd minna ma seta’ jiekol sakemm iddoqq il-qanpiena għall-brejk. Dik id-dixxiplina. Kull impjegat għandu xi forma ta’ brejk biex ikun jista’ jagħmel il-bżonnijiet tiegħu, jiekol u jixrob, u nemmen li anke dan is-sewwieq. Kif tista’ tħalli karozza tal-linja waħedha? Ma għaddietlux minn rasu li se jkun hemm xi ħadd li se jġibu f’inkwiet kbir?
Min-naħa l-oħra, nemmen li bl-ebda mod sewwieq jew ħaddiem jiġi mkeċċi minħabba f’hekk. Li jingħata twissija iva għax b’hekk nitgħallmu.