Numru Ta’ Plejers Tat-Tim Nazzjonali U21 Fi Kwarantina Wara Li Plejer Instab Pożittiv

 Numru Ta’ Plejers Tat-Tim Nazzjonali U21 Fi Kwarantina Wara Li Plejer Instab Pożittiv

It-tim nazzjonali Malti telaq minn Andorra dalgħodu u wasal f’Barċellona proprju wara nofsinhar. Dan wara d-draw kontra Andorra f’logħba mill-UEFA National League.

It-tim mistenni jaqbad titjira oħra għal Liga fil-Latvja dan sabiex jipprepara għall-konfront ta’ nhar it-Tlieta.

It-tim Malti kellu jagħmel it-test swabs fil-lukanda f’Barċellona, dan wara li t-tluq minn Andorra spiċċa ttardja kawża ta’ restrizzjonijiet ġodda li żdiedu matul l-aħħar ħin f’Andorra. Ir-riżultat ta’ dawn it-testijiet mistenni joħroġ fil-ħin li ġej.

Intant, it-tim mediku tal-MFA qed isegwi kollox mill-qrib b’rabta mal-esperjenza tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena hekk kif s’issa nstab li kien hemm żewġ każijiet pożittivi għall-Covid-19 fi ħdan l-iskwadra tat-tim Malti. Il-plejer li nstab pożittiv fl-aħħar ħin jinsab fi kwarantina obbligatorja filwaqt li tmien plejers oħra mill-iskwadra jinsabu fi kwarantina.

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kien mistenni jħalli Malta lejn ir-Rumanija kmieni dalgħodu iżda t-titjira ġiet posposta għal għada sabiex isiru t-test swabs neċessarji bir-riżultati jilħqu jkunu ħarġu.

Kawża ta’ hekk, il-kowċ tat-tim Nazzjonali ta’ Malta, Silvio Vella, kellu jsejjaħ 11-il plejer ieħor sabiex jingħaqad mal-iskwadra tat-tim nazzjonali għall-partita ta’ nhar it-Tlieta għall-Kampjonat Ewropej U21 kontra r-Rumanija.

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com